Il-libertà u l-ugwaljanza

Ma jista’ qatt isir pass lura fuq prinċipju bażiku tal-UE bħal-libertà tal-moviment. Flimkien, l-UE u l-Istati Membri għandhom jiġġieldu l-abbużi tal-prinċipju tal-libertà tal-moviment fuq livell nazzjonali u anke Ewropew. Irridu nissimplifikaw u nżidu l-mobbilità tal-ħaddiema Ewropej.

Il-prijoritajiet jibqgħu l-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa, inkluż id-differenza fil-pagi u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Irridu wkoll nirrispettaw id-drittijiet tat-tfal u nqisu l-aħjar interess tagħhom.

L-Istati Membri kollha għandhom jiggarantixxu d-drittijiet ta’ persuni li huma membri ta’ minoritajiet nazzjonali jew gruppi ta’ lingwa.

Ir-responsabbiltajiet umanitarji tagħna

L-Ewropa għandha toffri protezzjoni lir-refuġjati politiċi u dawk li qed jaħarbu minn gwerer ċivili. Biex tilqa’ għar-responsabbiltà umanitarja, l-UE għandha tistabbilixxi sistema ta’ ażil komuni filwaqt li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-regoli diġà eżistenti.

L-Ewropa għandha bżonn politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni fejn l-Istati Membri jistgħu jiprijoritizzaw l-aċċess taċ-ċittadini tal-UE għas-swieq tax-xogħol, iżda fl-istess ħin iżidu l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

L-UE ma tistax tittollera frodi soċjali. Filwaqt li nirrispettaw l-immigrazzjoni legali fis-suq tax-xogħol, irridu nindirizzaw l-abbużi u nagħmlu differenza bejn refuġjati u immigranti ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lura immigranti ekonomiċi li qed jgħixu llegalment lejn il-pajjiż ta’ oriġini, skont il-liġi internazzjonali u dik tal-UE.

Ninvestu fis-sigurtà

Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, l-korruzzjoni u l-organizzazzjonijiet terroristiċi tibqa’ prijorità għall-UE, bħalma hi l-ġlieda kontra t-traffikar tan-nies. Billi pajjiżi żgħar u pajjiżi u mal-kosta Ewropea jiffaċċjaw sfidi speċifiċi ħafna dwar l-immigrazzjoni, irridu ntemmu darba għal dejjem il-kriminalità organizzata u t-traffikar tan-nies biex nevitaw traġedji.

Irridu nagħmlu l-fruntieri Ewropej aktar siguri. Aħna nemmnu li Ewropew għandha żżid ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi filwaqt li ssaħħaħ ir-rwol u l-prerogattivi tal-aġenzija li tipproteġi l-fruntieri.

L-Ewropa għandha bżonn ukoll strateġija għas-sigurtà ċibernetika u kontra ċ-ċiberkriminalità. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-koperazzjoni mal-pulizija u l-ġustizzja biex jiġġieldu l-kriminalità kemm online kif ukoll offline.

Related Position Papers

Kontenut relatat

Libertà tal-Kemm [nid:44933]
news
Aqra aktar
Dimostrazzjoni kontra l-amnestija fi Spanja
news
Aqra aktar

2 / 2

Kuntatt